Nidħqu Bina Nfusna (Politika bi tbissima)

  1. home
  2. Books
  3. Nidħqu Bina Nfusna (Politika bi tbissima)

Nidħqu Bina Nfusna (Politika bi tbissima)

3.17 12 0
Share:

Tonio Borg għandu l-kapacita’ li jirrakonta bl-aktar mod serju u jifqa’ lil kulħadd bid-daħq. Tul is-snin irrankonta aneddoti politiċi...

Also Available in:

  • Amazon
  • Audible
  • Barnes & Noble
  • AbeBooks
  • Kobo

More Details

Tonio Borg għandu l-kapacita’ li jirrakonta bl-aktar mod serju u jifqa’ lil kulħadd bid-daħq.

Tul is-snin irrankonta aneddoti politiċi fil-kurituri tal-Parlament, waqt laqgħat u mumenti ta’ tensjoni … u issa qed jaqsamhom miegħek permezz tal-ktieb “Nidħqu Bina Nfusna – Politika bi Tbissima”.

Dan hu l-ewwel ktieb tax-xorta tiegħu fejn politiku – Tonio Borg – jirrakonta inċidenti u ġrajjiet li sehhew tassew. Jirrakonta ż-żelqiet, sitwazzjoni imbarrazanti u skomdi tal-politiċi, li ħafna drabi jiddejqu jirrepetuhom … ħadd ma jeħlisha: minn Dom Mintoff u Lawrence Gonzi bix-xwabel u t-twapet li ġabu miċ-Ċili għat-Tabib Eddie Fenech Adami, mis-superstizzjonijiet ta’ Ġorġ Borg Olivier għal qdusija ta’ Joseph u Simon, mill-waqgħat minn fuq il-palk għal-loverbirds fuq l-irjus, mis-sejħa ta’ anzjana li waqgħet mis-sodda f’nofs ta’ lejl u ċemplet lid-deputat tad-distrett għat-tindif tad-dentaturi mill-kandidat li ried iqaxxar kull vot, mis-segretarju parlamentari li ta business card bir-ritratt tiegħu u votanta anzjana ħasbet li kien qed iqassam santi tal-mejtin għal kandidat li daħal f’burdell. Kollha jissemmew b’isimhom u kunjomhom!

Ħafna politiċi jaħsbu li kulħadd jafhom u li kulħadd jitkellem dwarhom. Imma mhux il-kas. Kien hemm deputat li ħasbuh il-parker ta’ Pjazza San Ġorġ, ieħor ħasbuh xufier u ieħor ħasbuh il-Father li jidher fuq it-television! X’jonqos? F’idejk biex taqra l-aneddoti minn qoxra sa qoxra u togħxa bid-daħq.

Aktar minn 100 aneddotu
30 illustrazzjoni ta’ politiċi miż-żewġ naħat tal-kamra!
Awtur: Tonio Borg
Illustratur: Mark Schembri

  • Format:Hardcover
  • Pages:158 pages
  • Publication:2014
  • Publisher:Kite Group
  • Edition:
  • Language:mlt
  • ISBN10:9995750066
  • ISBN13:9789995750060
  • kindle Asin:9995750066

About Author

Tonio Borg

Tonio Borg

3.41 17 0
View All Books