Eħlisna mid-deni
“Karl Schembri huwa l-iktar kittieb kuraġġuż tal-ġenerazzjoni tiegħi.”— Clare Azzopardi“L-istorja ta’ Karl Schembri hija eżorċiżmu...
Also Available in:
- Amazon
- Audible
- Barnes & Noble
- AbeBooks
- Kobo
More Details
“Karl Schembri huwa l-iktar kittieb kuraġġuż tal-ġenerazzjoni tiegħi.”
— Clare Azzopardi
“L-istorja ta’ Karl Schembri hija eżorċiżmu tal-ħażen kif ukoll att ta’ umiltà quddiem l-uġigħ li dal-ħażen ħoloq.”
— Matthew Vella
"Dan rumanz ikessħek. U meta tasal f’tarf l-isqaq, fejn il-ġrajjiet ma jinfdux, jibqa’ biss is-sħana fietla tal-kelma u d-dehxa xxoqq il-għadam tat-tradiment."
— Adrian Grima
Il-maħtuf jinsab fl-istess kamra ma’ min ħatfu. Marbut. Diżorjentat. Ma jafx min hu dan ta’ quddiemu u għala ħatfu. Bħalma aħna ma nafux l-istorja tal-maħtuf, li tiżvela ruħha fi proċess ta’ tortura, abbuż u ġustizzja taħt il-baldakkin tal-Knisja Kattolika, fil-qrati tal-Istat u fis-swali oppressivi tal-psikjatrija.
Rumanz ġdid ta’ Karl Schembri li fih il-qarrej isib ruħu mhux biss xhud ewlieni ta’ ħtif xokkanti, imma hu mġiegħel jiddeċiedi hux l-akkużat jew l-akkużatur, fi storja msejsa fuq ġrajjiet devastanti mill-ħajja tal-awtur innifsu.
- Format:Paperback
- Pages:168 pages
- Publication:2025
- Publisher:Merlin Publishers
- Edition:
- Language:mlt
- ISBN10:9918241357
- ISBN13:9789918241354
- kindle Asin:9918241357








