Mark Camilleri twieled fit-30 ta' Lulju 1977 u trabba l-Mosta fejn gћadu jgћix sal-lum. Iggradwat fl-Istorja bil-Baċellerat tal-Edukazzjoni (1999) u għandu Diploma fil-Letteratura Maltija (2018) mill-Università ta’ Malta. Għal ħmistax-il sena kien għalliem fi skejjel primarji, u Assistent Kap ta’ Skola bejn l-2014 u l-2021.
F'Settembru tal-2021 huwa nħatar bħala l-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, entità pubblika fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni li taqdi l-industrija tal-kotba Maltija.
Kittieb tar-rumanzi tas-sensiela Gallo: Prima Facie (2010), Volens (2013), Nex (2016) u Alias (2021); tal-ktieb għat-tfal Mill-Istorja tal-Futbol Malti (2018) u bloggati fuq: http://spetturgallo.blogspot.com/.
Xogħol ippubblikat:
Gallo - f'45 (2009)
Prima Facie (2010)
Volens (2013)
Nex (2016) - finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Mill-Istorja tal-Futbol Malti (2018) - finalist tal-Premju Terramaxka
Alias (2021)





